Lokali Parlament

Ħtieġa li nkomplu ninvestu fir-riżors uman

Id-Deputata Nazzjonalista Kristy Debono faħħret il-mod ta’ kif minn dejjem l-Awtorita’ għall-Komunikazzjoni mexxiet u dan sa mit-twaqqif tagħha. Għaldaqstant hija temmen li hemm il-ħtieġa li nkomplu ninvestu fir-riżors uman tagħha ħa tkompli taqdi sew kif dejjem għamlet il-funzjoni tagħha.

Debono qalet dan meta kien qed jiġi diskuss emenda fl-Att dwar l-Awtorita’ Maltija għall-Komunikazzjoni, li permezz tagħha qiegħed jingħata l-poter lill-Awtorita’ sabiex tiftaħ il-proċess biex tassigura li s-siti elettroniċi tal-Gvern u l-applikazzjonijiet tal-mobajl tal-Gvern, ikunu konformi mad-direttivi Ewropej sabiex ikunu aċċessibli għal kulħadd.

Dan il-proċess li jirrikjedi mhux biss ħsieb, struttura u xogħol pero konsultazzjoni effettiva mal-istake holders kollha mhux biss tekniċi, pero ukoll mal-Agenzija Maltija għal persuni b’diżabilta, NGOs u ferm u ferm oħrajn.

Il-kontenut, il-proċeduri u l-kriterji tekniċi u prattiċi huma skont direttivi Ewropej u allura żgur li l-fatt li din l-emenda hi sempliċiment biex tagħti l-poter, biex taħtar lil MCA l-amministratur ta’ dawn id-drittijiet ta’ aċċess għal kulħadd, allura żgur li hija liġi “straightforward” ħafna, liġi li ma hemmx kritika dwarha u allura se nkunu qegħdin nappoġġjaw bi sħiħ din l-emenda.

L-Awtorita Maltija għal Kommunikazzjoni hija waħda minn dawk l-entitajiet li tul is-snin, taħt amministrazzjonijiet diversi dejjem wettqet ħidmieta bi professjonalita u rat li żżomm l-awtonomija tagħha u tibqa’ lil hinn minn kull kontroversja politika

Awtorita’ li kompliet ittejjeb l-istandards regolatorji, il-konsultazzjoni mal-operaturi u iva nazzarda ngħid hija waħda minn dawk l-Awtoritajiet eżemplari li wieħed jista’ ftit li xejn xi jsib x’jikkritika fiha. 

Dan żgur grazzi, għal ħaddiema tal-MCA, ic-chairman Dr Edward Wood, u c-chairmen preċedenti u diretturi prezenti u dawk preċedenti li ħejjew il-fondazzjoni u komplew isaħħu din l-Awtorita’ bl-aktar għaqal u professjonalita’. 

Debono qalet li qed tieħu din l-opportunita’ u tirrikonoxxi uħud mill-milestones li laħqet din l-Awtorita’, għaliex iva, f’dan is-settur inħaddnu politika ta’ konsensus u allura dak li hu tajjeb, għadna u nibqgħu ngħidu li hu tajjeb u fejn jista’ x-xogħol isir aħjar u jkun jistħoqqlu kritika kostruttiva, dik nagħmluha ukoll.

U allura nsemmi l-aġġornar kontinwu fir-regolamentazzjoni ta’ diversi settur li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ regolatorja ta’ din l-Awtorita’ sabiex jiġi assigurat li dan is-settur tant dinamiku, dan tat-teknoloġija jibqa’ relevanti, jibqa’ up to date and dejjem effettiv. 

Kompliet tgħid li fosthom isemmi l-aġġornar fil-“framework” regolatorju għal użu tal-internet of things, li tat l-opportunita’ lil operaturi ikunu aktar flessibli u jaddottaw l-użu eżistenti tal-ispectrum bands rispettivi għal “internet of things” għas-swieq tat-telekomunikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom f’setturi varji.

Il-mod kif l-MCA tippromwovi l-innovazzjoni f’teknologija digitali li ġiet elevata għal pjattaforma għall-iskambju tal-għarfien innovattiv.  U dan permezz tal-kuncett ZEST. 

Il-mod ħabbrieki kif l-MCA kompliet tmexxi programm ambizzjuż, immirat biex tnaqqas il-qasma diġitali permezz ta’ inizzjattivi u programmi speċifiċi.  Din nemmen li hi waħda mill-akbar sfidi, għall-intrapriżi żgħar, li għandhom riżorsi limitati, u jeħtieġ ferm u ferm aktar programmi mill-MCA u mill-Malta Enterprise biex jgħinu lil dawn in-negozzji jagħrfu jbiddlu kull sfida li ġġib magħha t-teknoloġija u jbiddluha f’opportunita. 

U din issir permezz tal-għoddod neċessarji, inizzjattivi effettivi u iva nkunu aktar innovattivi fl-implimentazzjoni tagħhom u t-tagħlim dwarhom. Din l-Awtorita’ bħal kull Awtorita’ oħra tkompli taħdem effiċjenti sakemm ikompli jingħatalha r-riżorsi neċessarja umana u finanzjarja, għalkemm propju din l-Awtorita’ hija “self sufficient”, peress li huma l-operaturi li jħallsu għall-Amministrazzjoni tal-Awtorita’ permezz tal-“Administrative fees”.

Debono qalet li għaldaqstant jeħtieġ li nkomplu ninvestu fir-riżors uman, fir-riċerka u żvilupp u fl-għoddod neċessarji biex inkomplu nkunu innovattivi u nilħqu l-eċċelenza.

Fil-fatt jeħtieġ li bħala Gvern isiru aktar sforzi biex insaħħu l-infrastruttura tramite servizzi kemm fis-settur tal-“Block Chain” jekk verament irridu naraw li din issarraf f’industrija fuq il-livell tal-gaming u servizzi finanzjarji u anke nsaħħu l-fondazzjoni neċessarji biex verament nibdew passi ambizzjużi fl-Artificial Intelligence.

Ma nistgħux ngħollu l-aspettattivi waqt il-proċess tat-tfassil tal-liġi mbgħad ma nżommux il-momentum.  Smajna ftit tal-ġimgħat ilu, b’kumpanija tal-“block chain” li l-Gvern kien wiegħed li fi zmien sena se tħaddem għexieren ta’ impjegati imbgħad smajna li waqqfet l-operat.

Hija saħħqet kif jeħtieġ li jinżamm l-momentum u l-aspettattivi tissarraf f’ħidma u “deliverables”. L-appoġġ tagħna kien u jibqa, f’dan is-settur fejn fil-fatt kien il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni li ħejja l-ewwel konferenza t’għarfien dwar il-ligijiet marbuta mal-blockchain u l-“virtual financial assets”.

Il-gimgħa li għaddiet tnediet b’mod uffiċjali it-tech.mt li tippromwovi l-industrija tat-teknoloġija barra minn xtutna.  Nemmen li hu kunċett tajjeb, fejn saret ħidma konġunta mal-Kamra tal-Kummerċ.

U allura issa ukoll inkun qed jistenna ferm aktar dettalji dwar l-operat tagħha, dwar kif se topera, dwar x’se tirkorpora fiha.  Fil-fatt staqsejt dwarha ftit tax-xhur ilu anke b’relazzjoni mal-Awtorita’ Maltija għall-Kommunikazzjoni, dwar jekk huwiex minnu li s-sezzjoni tal-Information Society li propju taqa taħt ir-responsabilta tal-MCA, b’mod dirett, jekk din is-sezzjoni se tiġix trasferita taħt tech.mt.   

Kristy Debono qalet li allura jekk dan huwa minnu … tapprezza jekk inkunu nafu ir-raġuni peress li din hija “concern” kbira anke għal ħaddiema, fejn il-futur tagħhom fuq il-post tax-xogħol huwa mistur.

Finalment il-kelliema qalet li se nkunu qegħdin nappoġġjaw liġi pożittiva, imposta fuqna mill-Unjoni Ewropea u iva naqblu li din il-ħidma, dan il-proċess ikun fdat f’idejn abbli tal-MCA.

Appella u qalet li tinsab konvinta li l-proċess li jsegwi ikun wieħed ibbażat fuq konsultazzjoni mal-istake holders kollha ikkonċernati sabiex jiġi mplimentat bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. Hija faħħret lit-tim ukoll ta’ li “Special Olympics” li tant marru tajjeb u ġabu midalji għan-nazzjon.