Lokali

Jinqabad ibigħ nbejjed fini bla dazju u tal-kuntrabandu

Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni it-taqsima Joint Enforcement Taskforce fi ħdan id-Dipartimenti tat-Taxxi u tad-Dwana, is-sid ta’ ristorant li jinhsab fil-Port ta’ Marsamxett inqabad li kien qed idaħħal f’pajiżna kwantita’ ta’ nbejjed, uħud minnhom ta’ kwalita’ għolja ħafna u li jiswew il-flus, mingħajr ma jħallas it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, kif ukoll id-Dazju tas-Sisa.

Hu kien qiegħed ukoll jixtri, mingħand min kien qed jimporta bil-kuntrabandu, kwantita’ ta’ nbejjed u jitfagħhom fis-suq.

Is-suspetti li tqanqlu mill-investigazzjoni ġew ikkonfermati hekk kif fl-ispezzjoni li għamlu l-uffiċjali fir-ristorant sabu lesti bix jinbiegħu 215-il flixkun inbid illegali.

Ir-rwol tal-JET, hu li tagħmel investigazzjoni intelliġenti u tanalizza ħafna data li jirċievu ż-żewġ Dipartimenti. Dawn l-investigazzjonijiet jiġu kumplimentati bi spezzjonijiet f’postijiet diversi.