Astana komplew il-bidu tal-istaġun mill-aqwa tagħhom meta l-Kolombjan Miguel Angel Lopez rebaħ il-Volta a Catalunya. Lopez li mar fuq quddiem fir-raba’ stadju meta rebaħ tmiem fuq għolja, żamm lir-rivali tiegħu warajh fl-aħħar stadju li ntemm f’Barcelona.
Iċ-ċiklist ta’ 25 sena għeleb lil Britanniku ta’ Mitchelton-Scott Adam Yates b’14-il sekonda fil-klassifika ġenerali, bil-Kolombjan ta’ Team Sky Egan Bernal jispiċċa t-tielet 17-il sekonda wara Lopez.
Din kienet il-21 rebħa tal-istaġun għat-tim ta’ Astana wara rebħiet fit-tlielaq bejn Pariġi u Nizza kif ukoll fit-Tirren Adriatiku, b’Lopez iżid it-titlu tat-Tour tal-Kolombja. L-aħħar stadju kienet dominat minn ħabta li wasslet biex Romain Bardet temm it-tellieqa.
//= $special ?>