Ross Brawn ta ħjiel li l-Grand Prix tar-Renju Unit f’Silverstone se jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 hekk kif qal li jkun sorpriż jekk dan l-isport jitlef xi tlielaq preżenti. Il-Grand Prix tar-Renju Unit hi wieħed mill-ħames ċirkwit minn 21 fil-kalendarju ta’ din is-sena li l-kuntratt tiegħu jiskadi din is-sena. Spanja, il-Ġermanja, l-Italja u l-Messiku hu l-erba’ tlielaq l-oħra li jinsabu fl-aħħar sena tal-kuntratt.
F’intervista mal-veteran ta’ Sky Sports Martin Brundle, id-Direttur Maniġerjali tal-Formula 1 qal li jinsab eċċitat b’xi tlielaq li għadhom ġejjin. Hu semma l-Grand Prix ġdida tal-Vjetnam għaliex kienu aktar involuti huma bid-disinn taċ-ċirkwit.
Brawn qal li bħala Formula 1 iridu jkunu kompetittivi u mhux ikunu artifiċjali li jinfurzaw l-ordni għalkemm iridu li l-aqwa xorta jagħmlu suċċess. “Ma rriduhomx li jkunu dominanti imma li d-distakk jonqos u nkunu ġusti kemm jista’ jkun,” qal Ross Brawn.
Formula 1 iridu jkunu kompetittivi u mhux ikunu artifiċjali li jinfurzaw l-ordni għalkemm iridu li l-aqwa xorta jagħmlu suċċess. “Ma rriduhomx li jkunu dominanti imma li d-distakk jonqos u nkunu ġusti kemm jista’ jkun,” qal Ross Brawn.
//= $special ?>