Jekk bhala poplu mhux se naghmlu xi haga, pajjizna se nitilfuh u se jispicca mahkum minn klikka korrotta li diga hatfet l-istituzzjonijiet.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Adrian Delia f’opinjoni li giet ippubblikata mis-Sunday Times, fejn itenni li l-istituzzjonijiet f’pajjizna fallew.
Adrian Delia jaghmel referenza partikolari ghall-abbozz tal-Moneyval – test tal-Kunsill tal-Ewropa li l-Gvern falla minnu.
Iz-zjara ta’ dawn l-esperti barranin f’Novembru li ghadda ma kinitx sorpriza. Ir-Rapport janalizza x’qed jaghmel il-Gvern biex jiggieled l-evazjoni fiskali u l-hasil ta’ flus – u kien propju hawn li Kastilja, skont ir-rapport preliminari, falliet.
Jidher li dan kien il-5 rapport tal-Moneyval fuq Malta. Mit-testijiet ta’ qabel, pajjizna mar pjuttost tajjeb. Mhux l-istess jista’ jinghad ghal dan l-ahhar rapport, li t-Times rat kopja tieghu.
Adrian Delia jfakkar li jekk dan ir-rapport ikun konklussiv, il-Gvern ikun pogga lil pajjizna fi blacklist. U dan jaf ikollu riperkussjonijiet anke fuq il-banek Maltin.
Il-Kap tal-PN isostni li quddiem dan kollu, il-Gvern Socjalista Malti mohhu biss biex jirreklama lilu innifsu u biex jidher sabih fil-mezzi tax-xandir.
Adrian Delia jfakkar kif mal-mument li beda jattakka lill-Gvern fuq il-korruzzjoni, Kastilja bdiet manuvri sabiex jattakkaw lilu. U hawn insista, li bhalissa mhux qed nghixu fi stat demokratiku.
Ghalhekk, kif fisser il-Kap tal-PN, irridu naghmlu minn kollox biex insemmghu lehinna – inkluz bil-vot taghna. Ghaliex jekk ma naghmlu xejn, se nitilfu lil pajjizna darba ghal dejjem.
//= $special ?>