Starlites huma r-rebbieħa tan-knock-out tal-Amateur League wara li għelbu fil-finali lil Victoria Libertas 82-67. Starlites fetħu vantaġġ ta’ 17-il punt fl-ewwel sessjoni u żammew l-istess distakk fil-ħin tal-mistrieħ.
Victoria Libertas pruvaw jagħmlu rimonta wara l-mistrieħ u naqqsu d-distakk għal seba’ punti iżda Starlites amministraw il-vantaġġ li kellhom u ħarġu rebbieħa b’vantaġġ ta’ 15-il punt.
Il-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta trofew lil Miguel Falzon bħala l-aħjar plejer tal-finali, bil-Kap Eżekuttiv tal-BOV Peter Perotti jippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Starlites.
//= $special ?>