Lokali

Tiġi fi tmiemha l-protesta wara ħames t’ijiem

Il-Moviment Graffitti qattgħu ħames t’ijiem barra l-Awtorità tal-Ippjanar biex iwasslu leħinhom u jtammbru messagg car biex issir immedjatament il-policy ghall-pompi tal-petrol.

Il-Ħadd l-istess moviment flimkien ma’ numru ta’ għaqdiet ħabbru li żiedu n-numru ta’ ġranet li se jagħmlu fil-protesta. Waħda mir-repreżentanti tal-Moviment Graffitti tkellmet ma’ Net News dwar ir-raġuni wara din il-protesta.

Fl-aħħar jiem Graffitti kellhom sapport minn numru ta’ għaqdiet u individwi fil-ġlieda tagħhom kontra n-nuqqas t’azzjonijiet mill-Gvern.

Il-Moviment Graffitti qed jitlob biex tiġi reveduta l-Fuel Service Station Policy. Dan hekk kif in-numru t’applikazzjonijiet biex jinbnew pompi tal-petrol fuq artijiet ODZ iktar ma jmur iktar  qed jiżdiedu. Rappreżentanti tal-Moviment Graffitti żarmaw il-kampijiet tagħhom it-Tnejn bil-lejl, biex ġiet fi tmiemha l-proposta li saret.