Steve McClaren tkeċċa minn manager ta’ Queens Park Rangers wara l-aħħar sensiela negattiva tat-tim fiċ-Championship. McClaren li fil-passat mexxa lit-tim nazzjonali Ingliż, kien inħatar fil-kariga f’Mejju tas-sena l-oħra.
Queens Park Rangers bħalissa jinsabu fis-17-il post fil-kampjonat, tmien punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni. Mis-26 ta’ Diċembru huma rebħu biss logħba, bl-assistent ta’ McClaren John Eustace jinsab fit-tmexxija temporanja tat-tim.
Kemm dam manager ta’ QPR, McClaren rebaħ 16 minn 46 logħba. Il-klabb jinsab għaddej minn restrizzjonijiet finanzjarji wara ftehim ta’ kważi €50 miljun mal-English Football League s-sajf li għadda minħabba ksur tar-regolamenti tal-Financial Fair Play fl-istaġun 2013/14.
Fis-sajf li għadda, huma akkwistaw biss lid-difensur Toni Leistner u l-veteran Angel Rangel li kienu mingħajr kuntratt qabel iffirma tliet plejers b’self. Huma bdew il-kampjonat b’erba’ telfiet iżda rkupraw u f’mument minnhom lejn tmiem is-sena kienu żewġ punti bogħod mill-play-offs.
McClaren mexxa lil QPR sal-ħames rawnd tal-FA Cup għall-ewwel darba mill-1997 iżda patta qares għal perjodu negattiv fl-2019 b’seba’ telfiet konsekuttivi bejn Jannar u Frar.
//= $special ?>