It-tim nazzjonali Malti ħalla pajjiżna lejn ir-Rumanija għal kamp ta’ taħriġ li se jdum sas-7 ta’ April. F’din il-ġimgħa, it-tim Malti taħt il-gwida ta’ Mark Gatt, se jilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra r-Rumanija. L-ewwel logħba hi skedata għal nhar il-Ħamis fil-5.00pm ħin ta’ Malta filwaqt li t-tieni logħba se tintlagħab il-Ħadd 7 ta’ April fl-10.00am.
Dan il-kamp ta’ taħriġ wasal ftit ġimgħat wara l-impenji tat-tim Malti fit-Tazza Aphrodite, b’rebħa kontra Ċipru u draws kontra l-Estonja u l-Litwanja. B’hekk jitkomplew il-preparazzjonijiet tat-tim Malti għall-parteċipazzjoni fil-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat Ewropew. Malta tilgħab fid-29 ta’ Awwissu kontra d-Danimarka qabel il-logħba kontra l-Bożnija erbat ijiem wara. It-timijiet l-oħra fi Grupp B huma l-Italja, l-Iżrael u l-Georgia.
F’din l-iskwadra hemm ukoll xi uċuħ ġodda. Gatt sejjaħ lil Samantha Zarb u Veronique Mifsud ta’ Birkirkara u Haley Bugeja ta’ Mġarr li qed ikollha staġun mill-aqwa hekk kif hi l-aqwa skorer fil-kampjonati ta’ taħt id-19-il sena u tal-kbar.
Gatt għażel tliet plejers li jinsabu fl-iskwadra. Dawn huma d-difensur Nicole Sciberras ta’ Grifone Gialloverde, Maria Farrugia ta’ Sunderland AFC Ladies u Martina Borg ta’ Fortitudo Mozzecane.
F’din is-sena r-Rumanija lagħbet sitt logħbiet internazzjonali. Fir-rankings tal-FIFA jinsabu fil-41 post, 60 post aħjar mit-tim Malti.
Skwadra Maltija
Gowlkipers: Janice Xuereb (Birkirkara), Rachelle Lynn Borg (Mġarr United)
Difensuri: Stephania Farrugia (Birkirkara), Samantha Zarb (Birkirkara), Rebecca Bajada (Birkirkara), Alishia Sultana (Birkirkara), Jade Flask (Hibernians), Jasmine Vella Turner (Mġarr United), Nicole Sciberras (Grifone Gialloverde)
Midfielders: Simone Buttigieg (Swieqi United), Dorianne Theuma (Hibernians), Shona Zammit (Hibernians), Veronique Mifsud (Birkirkara), Brenda Borg (Mġarr United), Maria Farrugia (Sunderland AFC Ladies)
Attakkanti: Ylenia Carabott (Birkirkara), Martina Borg (Fortitudo Mozzecane), Haley Bugeja (Mġarr United)
//= $special ?>