Numru ta’ persuni ġew arrestati mill-Pulizija wara raid fi Triq Giacinto Tua fil-Gżira. Il-każ żviluppa ftit wara l-4pm.
Sorsi qrib id-depot qalu lil Net News li l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija qed twettaq operazzjoni f’garaxx partikolari.
Fost dawk arrestati hemm raġel Serb. Jidher li l-Pulizija elevaw mill-garaxx ammont sostanzjali ta’ ħaxixa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>