Lokali

Adrian Delia se jressaq mozzjoni biex il-President jinħatar b’żewġ terzi tal-kamra

Adrian Delia ħabbar li l-ġimgħa d-dieħla se jressaq mozzjoni għal Emenda Kostituzzjonali fil-Parlament fuq il-bżonn taż-żewġ terzi għal ħatra ta’ President u għaldaqstant dan ikun jista’ jitneħħa biss biż-żewġ terzi. Tenna li jemmen fit-tisħih tal-Kostituzzjoni u li għandha bżonn ta’ tisħiħ f’diversi setturi. Tenna li din se tkun Presidenza b’ħafna responsabbilitajiet.

Fit-tieni ntervent tiegħu fil-Parlament il-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia s-sekonda l-mozzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li ppropona billi skont id-dispożizzjoni tas-subartikolu (1) tal-artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta għandu jkun hemm President ta’ Malta li jiġi maħtur b’Riżoluzzjoni tal-Kamra tad-Deputati.

U billi skont is-subartikolu (3) tal-istess artikolu tal-Kostituzzjoni l-kariga ta’ President ta’ Malta ssir vakanti fl-4 ta’ April, 2019. Għalhekk il-Kamra tad-Deputati bis-saħħa u għall-finijiet tal-imsemmi artikolu 48 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta tirriżolvi li taħtar lid-Dottor George Vella President ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu Adrian Dellia qal li fl-aħħar ġranet kienet qamet l-idea minn naħa tal-Oppożizzjoni fejn konna xtqanan li jsir ġest ta’ kuraġġ minn naħa tal-Gvern kif kien sar mill-Gvern Nazzjonalista, u jinħatar xi ħadd mill-kamp oppost bħala President ta’ Malta.

Minkejja l-prassi li l-President ta’ Malta dejjem jinħataw mill-kamp politiku tal-Gvern, l-Oppożizzjoni riedet li għal darba oħra tirrenja l-għaqda. Il-President Marie Louise Coleiro Preca ukoll kienet ibbekkjata mill-Partit Nazzjonalista u dak ukoll kien messaġġ ta’ għaqda.  

Adrian Delia qal li hu w l-Oppożizzjoni m’għandu xejn kontra George Vella, li jaf kemm il-familja tiegħu tgawdi rispett minn naħa tiegħu.Qal li l-Oppożizzjoni ssuġġeriet xi ismijiet iżda l-Gvern għażel li ma jagħmiliex dan il-pass.

Tenna li f’pajjiżna għandha bżonn li President jinħatar biż-żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti u li bdejna nitkellmu dwar Emendi Kostituzzjonali li għandhom jidħlu. Pass importanti għandu jkun l-kariga li jġorr magħha l-President li ma tkunx waħda biss ċerimojonali. Il-President għandu jkollu funzjonijiet akbar u li jidħol f’ħatriet fejn ma jkun hemm qbil.

Permezz ta’ dan l-istituzjoniiet jissaħħu u l-funzjonijiet tal-President għandhom jidħlu wkoll dwar ħatriet ta’ postijiet pubbliċi, jekk dejjem ma jinstabx kunsens għandu jkun il-Presidentr li jagħmel l-aħjar għażliet fiċ-ċirkostanzi. Kif huwa magħruf qal Delia, l-Oppożizzjoni mhux se topponi, l-ħatra ta’ George Vella bħala President, azni hija favur tagħha u għalhekk il-mozzjoni ġiet sekondata mill-PN.

Adrian Delia ħabbar li se jippreżenta Emenda Kostituzzjonali fil-Parlament fuq il-bżonn taż-żewġ terzi għal ħatra ta’ President u għaldaqstant jitneħħa biss biż-żewġ terzi. Tenna li jemmen fit-tisħih tal-Kostituzzjoni u li għandha bżonn ta’ tisħiħ f’diversi setturi.

Mhux biss elezzjonijiet ħielsa, jagħmel pajjiż demokratiku. Fil-ġurnata fejn qed nagħżlu il-President ta’ Malta, rridu nieħdu bis-serjeta’ r-rifiormi li għandhom bżonn isiru. Hija ħtieġa din, u bżonn  urġenti biex nissalvgajdjaw id-demokrazija.

Il-President illum m’mgħandux funzjoni Eżekuttiva, bħal pajjiżi oħra, pero għandu r-responsabbilita’ kollettiva morali, Dan se jkun l-obbligu fix-xhur jew snin li ġejjin. Huwa jemmen li Vella se jkun qed jerfa’ responsabbilita’ kbira u li iżda l-President il-ġdid huwa l-persuna idonea li jerfa’ din ir-responsabbilita’ fejn tista’ tkun il-konferma tal-fibra morali u statali tiegħu. Ix-xhur li ġejjin jistgħu jkunu l-akbar testijiet ta’ pajjizna.

Adrian Delia qal li kull Presidenza tingħata x-xbiegha tal-persuna u min imexxi dan l-Uffiċċju, f’-pajjiħ tagħna li qed jinbidel b’rata mgħaġġla. Kollox qed jinbidel, il-fiżjonomija tal-vilaġġi u t-twemmin tagħna qed ikunu mhedda.

Il-Kap tal-Oppoizzjoni qal li Malta bħala nazzjon għexet mijiet ta’ snin iffortifkata tipproteġi kontra l-influenzi barranin. llum inbdidlet qed noħoġu nesploraw u nilqgħu l-isfidi pero ma rridux nitilfu dak li għamilna Maltin u differenti mill-oħrajn.

Nitgħallmu iva, imma rridu nżommu l-identita’ tagħna, li jrid ikun is-simbolu tagħna l-Maltin, xi tfisser li tkun Malti u Ghawdxi f’pajjiżek. Dawn li sfidi jimmaturawna. Qal li hu konvint li Vella se jkun kapaċi li jwettaq u jegħeleb din li sfida. Meta nħarsu lejn pajjiżna , rridu narawh bħala pajjiż li huwa verament tagħna.

Lil hin min ikun fil-Gvern, għandek tħossok kburi li int Malti. Hemm sfidi kbar fosthom il-faqar, dawk l-aktar dgħajjfin u vulnerabbli, nagħtuhom priorita’, bħal kif irridu nagħtu priorita lil l-ambjent li l-iżvilupp iġibu bħala l-vittma, u l-wirt ambjentali li nħalluh il-quddiem fuq l-aġenda u hawn awgura lill-President il-Ġdid ħames snin ta’ fejda u servizz lejn il-poplu.