Lokali

FILMAT: Ara l-mumenti ta’ tensjoni eżatt wara l-isplużjoni ta’ jott fil-Kalkara

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-Kalkara wara li seħħet splużjoni fuq jott f’marina fiz-zona ta’ Bighi.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar b’filmat li wasal għand Net News juri l-mumenti eżatt wara l-isplużjoni, b’impjegati tal-Marina tal-Kalkara u ħaddiema ta’ opri oħra tal-baħar jidhru jaħarbu mill-post.

Net News jista’ jikkonferma li l-jott kellu jinħareġ ‘il barra mill-marina sabiex in-nirien ma jinfirxux fuq dgħajjes oħra.

Qrib il-jott hemm dgħajsa tal-AFM li intużaw biex dan il-jott lussuż jinqala’ ‘l barra mill-moll.

Sa issa jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Għalkemm residenti li jgħixu fil-Kottonera qalulna li l-ħoss tal-isplużjoni tant kien wieħed qawwi li nstema’ qisu theżżiża.

In-nirien ħadu aktar minn siegħa sabiex intfew, grazzi għal numru ta’ tug boats illi assistew.

Id-daħna kbira kif dehret mill-Fgura
Is-super yacht f’nofs il-port
Id-daħna kif dehret minn naħa tal-Belt
Il-mument meta ntfew in-nirien