Lokali

Arrestat fl-Italja wara li pprova jaqbad titjira lejn Malta b’passaport falz

Raġel ta’ 28 sena mill-Ghana ġie arrestat mill-Pulizija fl-Ajruport ta’ Katanja wara li pprova jaqbad titjira lejn Malta b’dokument falz.

Abdullah Mohammed Adamu tressaq quddiem Qorti lokali fejn ġie akkużat b’fabbrikazzjoni tal-dokumenti kif ukoll li pprova jsiefer lejn pajjiżna meta ma setax jagħmel dan.

Hu nħeles fuq numru ta’ kundizzjonijiet, hekk kif il-każ fil-konfront tiegħu mistenni jkompli.