Ambjent Lokali

FILMAT: Spettaklu rari fis-Salini

Filmat mill-isbaħ miġbud minn Patrick Spiteri juri titjira ta’ arpa (osprey) fuq is-salini, li jintemm bil-kbir … il-mument li l-istess arpa tmiss mal-ilma biex tikkaċċja.

Filmat simili, iktar u iktar it-tmiem tiegħu, hu meqjus pjuttost rari kemm għax għasafar simili ma jaslux f’pajjiżna fi qtajja kbar imma wkoll għax mhux komuni li wieħed jinzerta l-arpa waqt li tkun qed tikkaċċja u iktar u iktar jirnexxielu jiffilmja dan il-mument.

Spiteri, li ġibed il-filmat, iddikjara li jinsab “bla kliem u bla nifs” li seta’ jitpaxxa bi spettaklu bħal dan, għalkemm fl-istess waqt esprima diżappunt għall-isfond mimli appartamenti u krejnijiet.