Futbol Sport

Gowl f’kull taqsima biżżejjed għal Juventus

(Ritratt: EPA)

Juventus komplew jirbħu meta din id-darba għelbu lil Cagliari 2-0. biex baqgħu b’ċans tajjeb li jilħqu l-100 punt fil-kampjonat. LEONARDO BONUCCI fetaħ l-iskor fit-22 minuta meta tħalla waħdu fil-kaxxa minn korner u għeleb lil Alessio Cragno b’daqqa ta’ ras.

MOISE KEAN għalaq il-logħba fil-85 minuta meta kompla għal ġewwa kross fil-baxx mil-lemin. Wara dan il-gowl, il-logħba ġiet sospiża għal ftit minuti minħabba kant razzjali mill-partitarji ta’ Cagliari lejn Moise Kean u Blase Matuidi.

Tags