Lokali

Id-dettalji finanzjarji tal-Air Malta għall-2018 għadhom mhux pubblikati

Kważi ġimgħatejn wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Air Malta, id-dettalji finanzjarji għall-2018 tal-linja nazzjonali tal-ajru u l-kontijiet awditjati tagħha għadhom ma ġewx pubblikati.

Mistoqsi dwar dan, il-Ministru Konrad Mizzi baqa’ ma tax raġuni għaliex dawn id-dokumenti għadhom ma ġewx sottomessi.

Madankollu kkonferma hu wkoll li dawn id-dokumenti għadhom lanqas biss għaddew għand l-MFSA.C

Għal esperti fis-settur finanzjarju, id-dewmien biex dawn id-dettalji jkunu ppubblikati hu pjuttost stramb. Dan hekk kif wieħed jistenna li ladarba jingħataw id-dettalji, id-dokumenti jkunu ppubblikati mmedjatament biex isir skrutinju tagħhom.

Fl-aħħar jiem anke l-midja indipendenti ppruvat tikseb dawn id-dokumenti, iżda kelliem għall-Air Malta ddikjara li dan ma setax isir.

Sadattant fil-Parlament, il-Ministru Konrad Mizzi naqas milli jikkonferma jekk hux minnu li l-Air Malta għad fadlilha tagħti miljuni lill-kumpanija Enemed bħala ħlas ta’ fjuwil. Qal biss li dawn id-dettalji huma kummerċjalment sensittivi.