Lokali

Il-Gvern qed ifalli fil-miri tiegħu – Mario de Marco

Il- kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco, spjega li fl-aħħar ġimgħat l-Oppożizzjoni esperemiet it-tħassib tagħha dwar id-deterjorazzjoni tal-fond ikkonsolidat. Huwa insista li dan it-tħassib nibet meta kien jidher ċar li l-miri tal-Gvern fejn għandu x’jaqsam il-fond ikkonsolidat, ma kienux qed jintlaħqu.

Lura fit-22 ta’ Ottubru, 2018, il-Gvern ippubliku l-istimi finanzjarji għas-sena 2019. Proprju fit-tieni paġna tad-dokument, il-Gvern insista li tul l-2018 il-Fond Konsolidat kellu jispiċċa f’bilanċ pożittiv ta’ €16,600,000. Issa ħareġ fid-deher li minflok dawn ir-riżultati eżaltanti u pożittivi il-fond konsolidat spiċċa b’defiċit ta’ €70 miljun.

Skont l-istess dokumnent, il-Gvern Laburista kien qed jippjana sabiex idaħħal €1,682 miljun mit-taxxa tad-dħul, Madanakollu ġabar mal-€109 miljun inqas milli mistenni hekk kif l-irċevuti tat-taxxa tad-dħul għall-2018 ammontaw għal €1,573,144,000 – 6.5% inqas.

Table 1: Income Tax receipts Budget and Actual 2017-2018 Dawn t’hawn taħt huma l-irċevuti tal-karti tad-dħul stmati fil-Budget, u dawk fattwali għall-2017/2018.

Baġit €* Attwali €**
20171433149764
201816821573(109)

*Stimi Finanzjarji mill-Ministeru tal-Finanzi** Data Finanzjarja tal-Gvern, NSO

Grants, li jinkludu wkoll ħlas lura mill-Unjoni Ewropea kien ġew ukoll mbassra b’esaġerazzjoni waqt l-aħħar baġit l-għaliex fattwalment kien hemm differenza ta’ €54 miljun

Mario de Marco sostna li l-Gvern għandu jispjega x’wassal għal dan il-falliment fi dħul f’perjodu daqshekk qasir. L-Oppożizzjoni għandha dmir u dritt tistaqsi x’wassal għal din il-u-turn. S’issa, kompla l-kelliem għall-Oppożizzjoni, il-Ministru Edward Scicluna ta tlett spjegazzjonijiet differenti.

F’reazzjoni inizjali il-Ministru xeħet it-tort fuq il-ftehim kollettiv mas-servizz pubbliku. Sussegwentament waħħal fil-proġetti kapitali w issa qed jgħid li dan kollu tort tal-immaniġġjar tal-flus.

L-Oppożizzjoni hija konxja li l-pożizzjoni finali tal-pajjiż fejn għandu x’jaqsam surplus, jew f’dan il-każ defiċit, tista’ tagħmel id-differenza ġaladarba jsiru ċertu tibdiliet – partikolarment fejn għandhom x’jaqsmu fondi għall-proġetti kapitali parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern kien jaf, jew tal-inqas suppost kellu jkun jaf x’fondi kien ser jieħu sal-aħħar tas-sena. Madanakollu preżenta fil-Parlament Malti sitwazzjoni li żgarrat bi €80 miljun.

Fejn għandu x’jaqsam is-sostenibbiltà tal-finanzi tal-Gvern, l-Oppożizzjoni qed terġa’ tinsisti fuq il-fehma tagħha, l-istess fehma tal-Kummissjoni Ewropea – jiġifieri li l-Gvern qed jiffinanzja l-ekonomija Maltija minn proġetti li jekk is-suq tagħhom jispiċċa jew nieħdu daqqa ekonomika. L-Oppożizzjoni u l-Kummissjoni Ewropea huma tal-fehma li fondi mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, kif ukoll fondi mill-Unjoni Ewropea ma tistax tiddependi esklussivament minn fuqhom biss.

Mario de Marco saħaq li l-kummenti li stqarr il-Ministru tal-Finanzi b’rabta mal-leak tar-rapport Moneyval, jikkonferma l-fehma tal-Oppożizzjoni li r-rapport finali mhux ser ikollu xi deskrepanza qawwija mid-draft. Dan ifisser li f’Lulju Malta ser tkun qed tirriskja li tispiċċa BLACKLISTED.

Madanakollu l-Gvern minflok jammetti n-nuqqasijiet tiegħu, li waslu lil pajjiżna f’dan l-istat inkwetanti, qiegħed jimplimenta l-istrateġija favorita tiegħu – dik li jixħet il-ħtija fuq l-Oppożizzjoni.

L-Oppożizzjoni ċaħdet għal darba tnejn li qatt rat ir-rapport jew li newlitu lill-ġurnali. Id-draft kien disponibbli biss u esklussivament lill-Gvern.