Il-kwartieri tal-irġiel fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas se jiġu immodernizzati. Dan sabiex ikompli jitjieb is-servizz offrut 24 siegħa kuljum għar-residenti li jkunu qed isegwu riabilitazzjoni mid-droga.
Waqt li tħabbar dan il-proġett importanti, id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt stqarr li t-titjib fil-faġilitajiet se jkollu impatt pożittiv fuq l-aspett psikoloġiku tar-residenti. Hu qal li dan se jgħin sostanzjalment f’dak li għandu x’jaqsam l-effett terapewtiku.
B’dan il-proġett se jiżdiedu wkoll in-numru ta’ residenti.
Fost dawk li se jgħinu direttament f’dan il-proġett hemm il-Marigold kif ukoll il-Bank of Valletta, bil-bank jagħti donazzjoni permezz tal-BOV Cards for Charity Campaign. Dan apparti l-fatt li ankè l-impjegati infushom se jipparteċipaw permezz ta’ diversi inizjattivi. Il-bini attwali ilu jospita l-komunità terapewtika ta’ San Blas għal dawn l-aħħar 30 sena.
//= $special ?>
