Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, Fredrick Azzopardi, iġġustifika x-xogħol bla permess li qed isir f’Ħal Luqa, fiz-zona ta’ Ħal Farruġ, billi qal li dan hu xogħol urġenti.
Mhux talli hekk, anzi Infrastructure Malta qed tikkontesta multa ta’ €20,000 li qalgħet mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar propju għall-istess raġuni … għax qal li hi eċċessiva.
Il-multa kienet ingħatat hekk kif Infrastructure Malta qabdet u ddeċidiet li tieħu biċċa art, biex tiġi żviluppata u tiżdied mat-triq attwali. Wara li bdiet ix-xogħol, l-aġenzija applikat biex tissanzjona l-illegalitajiet.
Infrastructure Malta diġa’ kellha tħallas multa oħra, ta’ €42,454 għat-twessiegħ tat-triq f’Tal-Balal, liema proġett ukoll beda mingħajr il-permessi meħtieġa.
//= $special ?>