Jidher li fatalità wara l-oħra f’siti ta’ kostruzzjoni madwar pajjiżna ftit li xejn beżżgħu lil dan il-ħaddiem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira.
Ritratti li waslu għand dan l-istazzjon juru raġel fuq fallakka, f’għoli ta’ madwar erba’ sulari mil-livell tat-triq b’riskju ta’ inċident.
Dan meta ma kien liebes l-ebda ilbies protettiv li suppost jintlibes f’siti simili u wisq inqas xi tip ta’ rbit biex ikun evitat li jaqa’.
Ninsabu nfurmati li dwar dan il-każ sar rapport lill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tal-xogħol, l-OHSA.
//= $special ?>

