SLIEMA FRANK SALT…….. 6 SIRENS GREENTUBE………. 9
(1-2), (2-1), (1-3), (2-3)
Sirens Greentube kisbu l-ewwel punti tal-kampjonat meta għelbu lit-tim żagħżugħ ta’ Sliema Frank Salt 9-6. Iż-żewġ timijiet kienu qed ifittxu l-ewwel punti wara li t-tnejn tilfu ż-żewġ logħbiet tagħhom. Għalkemm il-logħba kienet bilanċjata, Sirens kien ħaqqhom ir-rebħa għaliex kienu ftit aħjar mill-avversarji.
Sirens kisbu l-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni, b’Michael Spiteri Staines iġib id-draw momentarju. Il-logħba żammet il-bilanċ tagħha hekk kif kienu Sliema li b’distakk ta’ gowl ukoll rebħu t-tieni sessjoni. Nicholas Bugelli ġab id-draw, Luke Caruana reġa’ poġġa lil Sirens minn fuq sakemm Zach Mizzi għamel l-iskor 3-3.
It-tim ta’ Sasko Popovski reġa’ ħa l-vantaġġ fit-tielet sessjoni hekk kif wara li Zach Mizzi skorja mis-centre biex wieġeb għall-gowl ta’ Edward Aquilina, Paul Privitera għamel l-iskor 5-4 kien Isaiah Riolo li b’seba’ sekondi mit-tmiem poġġa lil Sirens żewġ gowls minn fuq.
Dan il-gowl ta aktar saħħa lil Sirens li ħarġu tajjeb u għamluhom 7-4 permezz ta’ Luke Caruana. F’dan l-istadju, Sliema kellhom jiġru wara l-logħba iżda rnexxielhom jibqgħu fiha b’doppjetta ta’ Nicholas Bugelli.Iżda Sirens għalqu l-logħba bi ftit aktar minn żewġ minuti għat-tmiem b’gowl ta’ Edward Aquilina min-naħa xellugija f’azzjoni ta’ raġel aktar.
Sliema: J. Sammut, A. Mifsud, L. Galea, J. Sciberras, B. Zammit, B. Cachia, M. Spiteri Staines (1), D. Rizzo, M. Cordina, M. Muscat, Z. Mizzi (2), N. Bugelli (3), M. Vassallo, J. Cutajar, C. Cutajar
Sirens: N. Grixti, J. Ciantar, E. Aquilina (3), P. Privitera (1), M. Grech (1), L. Grech Carr, L. Galea, I. Riolo (1), J. Napier (1), Z. Bartolo, L. Caruana (2), M. Sciberras, O. Gauci, M. Bonnici, M. Chircop
Referees: Stefan Licari, Neville Mercieca
L-EWWEL DIVIŻJONI
Determinanti l-aħħar sessjoni
OTTERS NIVEA……………………. 7 MARSAXLOKK BROWN’S…… 9
(2-3), (2-0), (1-2), (2-4)
Marsaxlokk Brown’s Pharmacy irnexxielhom jitilgħu waħedhom fil-quċċata b’rebħa fuq Otters Nivea 9-7. Logħba missielta li fiha ż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom, bil-kwalità tax-Xlukkajri tispikka fuq iż-żgħażagħ ta’ Otters fl-aħħar sessjoni.
Otters kisbu vantaġġ doppju iżda Marsaxlokk dawru r-riżultat b’doppjetta ta’ Matteo Martellacci u Timmy Agius. Otters rebħu t-tieni sessjoni u daħlu jistrieħu 4-3 minn fuq b’gowls mix-xellugi Luke Hyzler u Jake Bonavia.
Marsaxlokk ġabu d-draw darbtejn fit-tielet sessjoni, sitwazzjoni li ħalliet il-logħba miftuħa iżda tat aktar fiduċja lit-tim ta’ Joe Cremona. Stephen Micallef u Rainier Scerri għamlu l-iskor 7-5 u għalkemm Claudio Spiteri Debarro naqqas id-distakk b’gowl mill-isbaħ mis-centre, Marsaxlokk skorjaw darbtejn oħra biex għalqu l-logħba.
Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), G. Sammut (1), L. Hyzler (2), C. Teuma, C. Bugeja, K. Scicluna, G. Mizzi (1), A. Mifsud (1), D. Dimech, J. Bonavia (1), L. Falzon, D. Camilleri
Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, L. Calleja, M. Martellacci (3), T. Agius (2), L. Saliba, J. Galea, M. Pace, S. Micallef (1), R. Scerri (1), M. Cacici (1), O. Zammit, F. Buhagiar, K. Galea (1)
Referees: Ronnie Spiteri, Peter Balzan
//= $special ?>

