Lokali

Magħruf meta se tkanta Michela Pace

Il-kantanta Għawdija Michela Pace, iż-żagħżugħa li ntagħżlet biex tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest, se tkanta fit-tieni semi finali.

Dan ifisser li Michela se tkanta nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju, b’Chameleon li se tkun il-11-il kanzunetta tas-serata. Qabel Malta jkun imiss lill-Kroati, waqt li wara ssir il-kanzunetta tal-Litweni.