Lokali Parlament

Marie Louise Coleiro, President li qdiet dmirha mingħajr ma ħarset lejn il-kuluri

Il-President Marie Louise Coleiro kienet President li qdiet dimirha kif kellu jkun u li waqt it-terminu tagħha qatt ma ħarset lejn il-kuluri. Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, wara li fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’mozzjoni ppropona li l-Kamra tistqarr l-apprezzament tagħha għal mod siewi u dinjituż li bih l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca qdiet id-dmirijiet tagħha lejn il-Poplu Malti.

Dan fil-kariga ta’ President ta’ Malta, u filwaqt li tirringrazzjaha ta’ dan, tixtiqilha għomor twil, ħieni u aktar servizz għal pajjiżna. Din il-mozzjoni kienet sekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

F’diskors li għamel fuq il-President “uscenti”, Adrian Delia qal li kull kariga pubblika iġġib responsabbilita’. Il-Presidenza hija l-akbar kariga u għalhekk ta’ responsabbilta’ kbira. Tenna li jqabbilha mal-bandiera, li trid tibqa’ tperper, li tirraprżenta lil pajjiż sħiħ. Irid ikun distakkat mill-politika għax dak li jrid jirrappreżenta lilna kullimkien, anke barra l-pajjiż bit-twemmin u l-valuri tal-pajjiż inniffsu.

Dan kollu għamluh il-Presidenti kollha, nkluż Marie Louis Coleiro Preca. Dejjem kienet taħdem u tgħin liż-żgħir, anke meta kienet fil-poltika u li għaliha qatt ma kien hemm kuluri. “Ma kellhix dubju li kienet se taqdi dmirha, b’dan il-mod, bil-kabinett jitlef vuċi, li kellu bżonnu sew. Dak li rebħet il-Presidenza, minħabba fiha l-pajjiż spiċċa ltim”, qal Delia.

Kompla jgħid li hu kellu diversi okkażjonijiet li jitkellem magħha, prattikament kull xahar, bħala Kap tal-Oppożizzjoni fejn kienet tolqtu dwar kemm kienet tisma’, bil-meżż tal-kommunikazzjoni llum b’diversi modi, mhux faċli li wieħed joqgħod jisma’.

Madankollu hi għandha l-abbilita’ li tisma’, xi ħaġa li fid-dinja tal-lum mhux faċli. Hi tisma; għax jinteressaha, u għandha l-abbilita’ li ġġiegħelk tħossok l-aktar persuna mportanti dak il-mument, kellha dik l-abbilita’. Tkun xi tkun kienet tagħtik il-ħin minkejja l-ħajja mgħaġġla kienet tagħtiulek mingħajr kundizzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li din hija tagħlima lill-politiċi li rridu nagħtu u nkunu għas-servizz tan-nies. Kienet taħdem minn kmieni filgħodu u mhux biss li ma kienitx tħares il-kuluri politiċi, imma anke l-kuluri tal-ġilda, ta’ kull ġeneru u ma kull tip ta’ persuni.

Kellha nies jaħdmu magħha ta’ kull ġeneru li kienu jgħidu fuqha, li hi ma kienet tagħmel differenza ma’ ħadd u mingħajr dubju l-Presidenza tagħha kien l-unika post fejn twettqet is-slogan ta’ “Malta Tagħna lkoll”. Hija ħasra din Malta żgħira tagħna li hawn din il-firda.

Ftit ilu hija qalet li hija ma waqqfet qatt titgħallem mit-tfal u ż-żgħaż’agħ tagħha. Aħna fil-politika minħabba diversi affarijiet nibdew naħsbu li nafu kollox, meta mhux hekk l-affarijiet, għax aħna obbligati li nitgħallmu mingħand in-nies, u li ż-żgħar tas-soċjeta, dawn għandna ħafna x’nitgħammlu minnhom. Hija wkoll kienet titgħallem kif qalet, u li aħna rridu nitgħallmu minnha.

Fl-aħħar tal-karriera politika tagħna, qal Delia irridu naraw x’tgħallimna u kif inkkontribew biex inħalu lil pajjiżi aħjar milli sibnieh. Delia talab lill-Coleiro Preca biex tkompli għaddejja taqdi dmirha barra l-poltika, u favur l-ugwaljnaza u l-interessi soċjali, fejn ma kienitx biss persuna politika, imma s-saħħa tagħha li telgħet ‘l fuq mill-partiġġaniżnu u tagħat servizz lil dan li stat. U li twassal il-leħen ta’ dawk li m’għandhomx.

Ħafna drabi l-vuċijiet iż-żgħar ibatu ħafna speċjalment il-vuċijiet ta’ dawk il-persuni li għadhom lanqas biss twieldu. Aktar ma jkun hawn nies f’pajjiżna li jqumu u jitkellmu dwar u favur it-tarbija fil-ġuf, aktar aħjar. Il-passjoni ta’ Marie Lousie Coleiro u l-kredenzjali tagħha fejn wettqet dak li emmnet, kien li wassalha fl-għoli pożizzjoni f’pajjiżha. Huwa awgurala affarijiet sbieħ u għomor twil u li tkompli bix-xogħol fejjiedi tagħha għal ġid tal-kommunita’