Sport Sport Ieħor

Mauro Anastasi jitlef il-midalja tad-deheb għal 18-il punt fil-Kampjonat tal-Mediterran

Mauro Anastasi rebaħ il-midalja tal-fidda fil-Kampjonat tal-Mediterran li qed isir f’pajjiżna wara li temm it-tieni fil-kompetizzjoni individwali tal-irġiel. Anastasi spiċċa b’total ta’ 1428 punt, 18-il punt anqas mit-Taljan Antonino Fiorentino li spiċċa rebbieħ.

L-aħjar rawnd ta’ Mauro Anastasi kien ir-raba’ wieħed fejn kiseb total impressjonanti ta’ 289 punt u sa dak il-ħin kien qiegħed jgħaddi lit-Taljan Fiorentino b’27 punt. Iżda wara li d-distakk naqas fir-rawnd sussegwenti, fl-aħħar rawnd Fiorentino kiseb 258 punt kontra l-218-il punt ta’ Anastasi.

Justin Caruana Scicluna wkoll ħa sehem f’din il-kategorija iżda temm fit-18-il post b’total ta’ 1171 punt. L-aħjar rawnd ta’ Caruana Scicluna kien it-tielet wieħed b’total ta’ 226 punt.