Futbol Sport

Milan jitilfu żewġ punti oħra

(Ritratt: EPA)
Punt fi tliet logħbiet għat-tim ta' Gattuso

Milan komplew jitilfu aktar punti meta din id-darba sfaw miżmuma 1-1 f’San Siro minn Udinese. Ir-Rossoneri kienu ġejjin minn żewġ telfiet konsekuttivi kontra Inter u Sampdoria u kellhom bżonn ir-rebħa biex isaħħu r-raba’ post. Dan il-punt għal Udinese jiswa mitqlu deheb fit-tentattiv li jassiguraw posthom fis-Serie A għal staġun ieħor.

Kienu Milan li fetħu l-iskor qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn kross mix-xellug, ix-xutt ta’ KRZYSZTOF PIATEK kien salvat minn Juan Musso, bil-ballun jerġa’ jispiċċa għand l-attakkant li skorja b’daqqa ta’ ras.

Udinese ġabu d-draw fil-65 minuta meta dawru attakk ta’ Milan f’kontrattakk, b’Seko Fofana javvanza fuq ix-xellug qabel qassam għan-nofs lejn KEVIN LASAGNA li b’xutt b’saħħtu fis-saqaf tax-xibka għeleb lill-gowlkiper sostitut Pepe Reina.

Tags