Raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żejtun kien involut f’inċident fejn waqa’ high-up għal fuqu. L-inċident seħħ fi blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq għall-ħabta tas-7 ta’ dalgħodu.
Jidher li dak il-ħin ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol, meta għal xi raġuni waqa’ fuqu l-high up.
Fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
//= $special ?>