Rugby Sport

Stompers inkurunati Champions bla telfa

(Ritratt: Warren Sammut)

Stompers inkurunaw kampjonat mill-aqwa meta spiċċaw b’rebħa biex rebħu l-kampjonat bla telfa. Huma għelbu lil Kavallieri 31-17. L-avversarji tagħhom kienu mimlija plejers imweġġgħin u kienu sfurzati jilagħbu bil-filliera ta’ quddiem differenti mis-soltu.

Kavallieri żammew l-ispirtu tal-logħba tul il-konfront anki wara li Stompers kisbu l-punti tagħhom fl-ewwel taqsima. Huma rnexxielhom iżidu żewġ tries oħra fit-tieni taqsima biex temmew l-istaġun b’tama li l-istaġun li jmiss l-affarijiet jistgħu jitjiebu. Iż-żewġ timijiet jaffrontaw lil xulxin lejn tmiem April bil-finali tal-MeDirect Cup.

F’logħba oħra li ntlagħbet mill-istess kampjonat, Overseas aċċertaw mit-tieni post b’rebħa ta’ 29-17 fuq Falcons. Iż-żewġ timijiet kienu għadhom b’ċans li jispiċċaw wara Stompers. Overseas riedu rebħu b’punt miżjud filwaqt li ma jħallux lill-avversarji jiksbu l-punt miżjud filwaqt li Falcons riedu rebħa, draw jew telfa b’diversi fatturi biex iżommu t-tieni post miksbu l-istaġun li għadda.

Overseas kellhom bidu mill-aqwa u fetħu vantaġġ ta’ 15-0 fl-ewwel kwart tal-logħba bi tries minn James Widdop, Dimitri Dubern u Vincent Stivala li kien qed jirritorna. L-iskor sar 22-0 bi try u conversion ta’ Widdop fid-29 minuta, b’Falcons inaqqsu d-distakk qabel tmiem l-ewwel taqsima bi try ta’ Ciaran Mullan.

Fit-tieni taqsima, Falcons tjiebu u naqqsu d-distakk minn Jean Zarb. Huma bdew ifittxu try ieħor li kien jarahom jiksbu t-tieni post u għamlu dan mas-siegħa logħob bi try ta’ Liam Scicluna u conversion ta’ Liam Davis.

B’dan ir-riżultat Overseas kellhom il-pressjoni iżda Gaston Perez interċetta passaġġ ta’ Brendan Dalton u skorja taħt il-lasti, b’Widdop jagħmel il-conversion. Falcons pruvaw l-aħħar sforzi iżda kien tard wisq bir-referee jsaffar tmiem il-logħba.

Tags