Internazzjonali Unjoni Ewropea

Theresa May titlob estensjoni għal Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May illejla ħabbret illi se tkun qed titlob lill-UE biex ikun hemm estensjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. Dan sabiex ikun hemm żblokk għas-saga Brexit.

May qalet illi lesta tiltaqa’ mal-Mexxej tal-Labour Jeremy Corbyn sabiex iħejju pjan politiku flimkien.

Jidher illi Theresa May trid li Brexit iseħħ qabel it-22 ta’ Mejju, propju biex l-Ingliżi ma jieħdux parti fl-elezzjonijiet Ewropej.