Mara, li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa, kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li instabet mixħuta mal-art fil-Ħamrun.
Is-sejba seħħet għall-ħabta tas-7.45 ta’ filgħaxija fi Triq Patri Magri. Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma kellha diversi qtugħ ma’ ġisimha kollu.
Fuq il-post ġiet msejħa minnufih ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar għal aktar kura.
Mhux eskluż li dan huwa każ ta’ vjolenza domestika.
//= $special ?>

