Formula 1 Sport

Verstappen itappan is-sodisfazzjon ta’ Mick Schumacher fid-debutt tiegħu f’karozza tal-Formula 1

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen għamel l-aħjar ħin fl-ewwel ġurnata ta’ testijiet fil-Bahrain. Hu ħassar is-sodisfazzjon taż-żagħżugħ Mick Schumacher li għamel id-debutt fil-Formula 1 ma’ Ferrari, bl-aħjar ħin jagħmlu ħames sekondi mit-tmiem is-sessjoni.

Schumacher kien għamel l-aħjar sa dak il-ħin b’nofs siegħa għat-tmiem tas-sessjoni li kienet ikkundizzjonata mix-xita. Il-Ġermaniż ta’ 20 sena kien mhux biss qed jagħmel id-debutt fuq karozza moderna tal-Formula 1 fil-Bahrain iżda kien ukoll qed isuq għal tim li missieru Michael Schumacher rebaħ ħames kampjonati minn sebgħa magħhom.

F’dawn it-testijiet, it-timijiet jistgħu jagħżlu t-tyres tal-għażla tagħhom u għal dawn il-jumejn ħadd ma għażel it-tyres intermedjarji jew imxarrbin minħabba t-temp solitu tal-Bahrain. Kawża tax-xita, il-ħinijiet ma kinux daqshekk kompetittivi.

Il-veteran Fernando Alonso saq karozza tal-2019 għall-ewwel darba. Hu beda jiffoka fuq l-iżvilupp tat-tyres għas-sena d-dieħla, u għamel 64 dawra li jippermettulu li jipprovdi l-kummenti tiegħu lil McLaren fuq il-karozza attwali.

Alexander Albon u Lewis Hamilton kienu l-uniċi sewwieqa li għamlu aktar minn 70 dawra u spiċċaw il-ħames u s-sitt post rispettivament, bit-tnejn jagħmlu l-aħjar ħinijiet fuq it-tyres C3.

Kif spiċċaw l-ewwel ġurnata ta’ testijiet

1. Max Verstappen (Red Bull) 1:29.379, 2. Mick Schumacher (Ferrari) 1:29.976, 3. Lando Norris (McLaren) 1:30.800, 4. Romain Grosjean (Haas) 1:30.982, 5. Alexander Albon (Toro Rosso), 1:31.089, 6. Lewis Hamilton (Mercedes), 1:31.156, 7. Daniel Ricciardo (Renault) 1:31.584, 8. Lance Stroll (Racing Point) 1:31.964, 9. Carlos Sainz (McLaren) 1:32.059, 10. Antonio Giovinazzi (Alfa Romeo) 1:32.067, 11. Fernando Alonso (McLaren) 1:32.207, 12. Pietro Fittipaldi (Haas) 1:32.708, 13. Robert Kubica (Williams) 1:33.290, 14. Daniil Kvyat (Toro Rosso) 1:33.653, 15. George Russell (Williams) 1:33.682