Lokali

Vettura tintradam mill-ġebel wara li sfrondaw tliet gallariji

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta sfrondaw tliet gallariji fi Triq iż-Żonqor, F’Marsaskala.

Kien għall-ħabta tas-17.45 li l-ġebel li niżel mill-gallarija ta’ fuq niżel fuq dawk ta’ taħtha bil-konsegwenza li dawn ukoll ċedew bil-piż.

Il-ġebel eventwalment spiċċa fuq vettura li kienet ipparkjata, liema vettura ġarrbet ħsara estensiva.