Wolves kisbu t-tieni rebħa fuq Manchester United fi ftit ġimgħat b’rebħa ta’ 2-1 f’Molineux Stadium. Għal Wolves din kienet rebħa importanti bi preparazzjoni għas-semifinali tal-FA Cup fi tmiem il-ġimgħa, filwaqt li għal Manchester United kienet daqqa ta’ ħarta fl-aspirazzjonijiet li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa.
Kienu Manchester United li marru fil-vantaġġ l-ewwel fit-13-il minuta b’xutt fil-baxx għar-rokna minbarra l-kaxxa taż-żagħżugħ Scott McTominay li għeleb lil Rui Patricio.
Ir-reazzjoni ta’ Wolves kienet tajba biżżejjed li biha ġabu d-draw fil-25 minuta. Kien żball ta’ Fred f’nofs il-grawnd li tilef il-ballun, b’Raul Jimenez jgħaddi b’intelliġenza lejn Diogo Jota li għeleb in-nasba tal-offside u għeleb lil David De Gea minn qagħda ideali.
Ir-Red Devils kellhom jilagħbu ftit aktar minn nofs siegħa b’raġel anqas wara li Ashley Young irċieva żewġ karti sofor fi ftit minuti. Wolves skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-77 minuta meta minn kross mix-xellug, id-difiża ta’ Manchester United naqset li tbiegħed il-periklu, bil-ballun jgħaddi minn ħdejn De Gea u ħabat ma’ Chris Smalling biex baqa’ dieħel fix-xibka.
Fil-logħba l-oħra, Fulham kienu matematikament relegati b’telfa ta’ 4-1 kontra Watford f’Vicarage Roas. Abdoulaye Doucoure fetaħ l-iskor fit-23 minuta b’xutt b’saħħtu u preċiż iżda Ryan Babel ġab id-draw għaxar minuti wara.
Will Hughes reġa’ poġġa lil Watford minn fuq fit-63 minuta b’xutt mill-ewwel minn pożizzjoni ċentrali biex Troy Deeney kompla għal ġewwa minn quddiem il-lasta sitt minuti wara. Kiko Femenia ssiġilla r-rebħa kwarta mit-tmiem.
//= $special ?>