Lokali

Zammit Lewis jirċievi kuntratt ieħor mill-Gvern

Edward Zammit Lewis irċieva kuntratt ieħor mingħand il-Gvern Soċjalista biex b’hekk jibqa’ jgawdi minn dħul ta’ għeieren ta’ eluf ta’ ewro wara li falla milli jerġa’ jiġi elett mal-ewwel fl-aħħar elezzjoni ġenerali…u sab ruhu biss fil-Parlament wara li shabu cedew id-distretti.

Issa, Zammit Lewis inħatar bħala konsulent biex joffri assistenza legali lill-Kummissjoni Maltija tal-Films kif ukoll lill-Fond Malti tal-Films.

Dan ħareġ minn informazzjoni li tpoggiet fil-Parlament mill-Ministru Konrad Mizzi, li madankollu ftit li xejn ta dettalji addizzjonali. Fost l-oħrajn, mhux magħruf jekk ingħatax dan l-inkarigu b’direct order …u lanqas kemm se jitħallas.

Mindu baqa’ l-art fl-aħħar elezzjoni ġenerali, Zammit Lewis rritorna fil-Parlament permezz ta’ by election u ngħata diversi kuntratti, b’mod speċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fost dawn, intagħżel biex jassisti f’riforma f’Identity Malta permezz ta’ direct order bi dhul ta’ €100 kull siegħa għal total ta’ għexieren ta’ eluf ta’ ewro.Inħatar ukoll bħala konsulent legali tal-Ministru Joe Mizzi bi ħlas li jlaħħaq l-€4,300  kif ukoll bħala konsulent tal-Awtorità tal-Artijiet … liema xogħol mhux magħruf kemm qed jitħallas tiegħu. Jitħallas ukoll €90 fis-siegħa biex jamministra d-dħul mill-bejgħ tal-passaporti b’obbligu li jirċievi mill-inqas €45,000 fis-sena.