Għal jum ieħor, il-linja nazzjonali tal-ajru se tkun kostretta tikri ajruplani antiki sabiex tlaħħaq mal-iskeda ippakjata li ħolom biha l-Ministru Konrad Mizzi. Dan hekk kif kollox jindika li illum l-Air Malta se topera aktar titjiriet b’ajruplani mikrija.
L-ajruplan Smartlynx li nġieb Malta mill-Estonja se jkun qed jopera t-titjira tal-Air Malta lejn Hamburg, it-titjira lejn l-ajruport ta’ Orly f’Pariġi kif ukoll it-titjira ta’ filgħaxija lejn Katanja.
Dan l-ajruplan Smartlynx ilu jtir kważi 16-il sena.
Is-sitwazzjoni kurrenti fil-linja nazzjonali tal-ajru qed tkun waħda deskritta bħala tedjanti ferm għall-bosta passiġieri li sfortunatament qed jispiċċa jesperjenzaw dewmien kważi b’mod regolari. It-Tnejn, per eżempju, kellna każ ta’ 9 sigħat stennija għall-persuni li qabdu t-titjira tal-Air Malta minn Katanja għal Malta.
//= $special ?>