Lokali

Anzjan arrestat wara li prova jwettaq hold-up fuq bank

Raġel ta’ 76 sena ġie arrestat wara li aktar kmieni illum prova jwettaq serqa mill-fergħa tal-HSBC fiż-Żejtun.

Jidher li l-każ żviluppa għall-ħabta tal-11:15am meta raġel deher dieħel fil-bank b’wiċċu mgħotti. F’idu kellu arma li rriżulta li kienet finta.

Mal-ewwel intervjenew il-Pulizija tal-RIU, tas-CID u tad-Distrett li ġrew wara l-anzjan biex iżommuh.

Ir-raġel qed jinżamm fid-Depot tal-Furjana fejn komplew l-interrogazzjonijiet.