Anzjana ta’ 85 sena minn Tas-Sliema kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ttajret minn fuq il-bankina.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13.45pm fi Triq Clarence, l-Imsida meta għal xi raġuni sewwieqa ta’ 28 sena mill-Mosta tilfet il-kontroll tal-vettura tat-tip Mercedes Benz bil-konsegwenza li spiċċat fuq il-bankina.
Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi gravi.
//= $special ?>

