Is-sena d-dieħla, f’pajjiżna se jibda jasal u jitlaq il-cruiseliner Costa Pacifica, li hu parti mill-flott tal-Costa Cruises u se jkun qed jagħmel 32 mawra minn Malta bejn l-aħħar ta’ Marzu u t-3 ta’ Novembru.
Abbord il-cruiseliner Costa Fascinosa, id-Direttur tad-Dipartiment Reġjonali tas-Sales u l-Marketing Alessandro Bottaro qal li l-Costa ilha għadd ta’ snin f’rabta soda ma’ Malta u l-Maltin. Hu faħħar l-ospitalità tal-Maltin u kif pajjiżna dejjem laqa’ sew il-vapuri ta’ din il-kumpanija.
Il-vjaġġi se jitilqu minn u jispiċċaw f’Malta, hekk kif jieqaf ukoll f’Sardinja jew Sqallija, Ruma, Genova, Barċellona u Mallorca. Il-cruiseliner se jkun mgħammar b’għadd kbir ta’ żoni fejn wieħed ikun jista’ jgħaddi ftit tal-ħin jirrilassa.
Fil-preżentazzjoni kien hemm ukoll id-Direttur Kummerċjali ta’ Orange Travel Malta, li hi l-aġent esklussiv tal-Costa Cruses, kif ukoll il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi.
//= $special ?>

