Meta kien qed jitkellem dwar l-abbozz dwar il-Liġi Elettorali, id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li huwa mportanti li jiġu diskussi liġijiet biex itejjbu l-proċess elettorali, imma dawn m’għandhomx isiru lejliet elezzjoni, imma possibilment f’nofs leġislatura.
Huwa qal li hekk sar qabel u hekk qed isir illum. Tenna li madwar erba’ xhur ilu kienu saru diskussjonijiet b’suġġerimenti, rimarki u statements. Huwa qal li kien diġa ta l-kummenti tiegħu dak iż-żmien fejn qal li dak li kien qed isir huwa bħal raġel li xtara karozza biex imur il-quddiem biha, żewġ kantunieri l-bogħod.
Staqsa min jagħmel hekk? Qal li l-karozza tinxtara biex wieħed idur mal-gżira kollha. Tenna li hekk qed nagħmlu bis-sistema elettorali tagħna, liġi li stajna ħadna aktar minnha, bħas-sistema elettronika biex nużawha bħala għodda mhux biss, biex ir-riżultat joħroġ aktar kmieni.
Tenna li m’għandux ikun dan il-meżż biss, fejn qal li ġralna bħal dak ir-raġel li mar il-quddiema bil-karozza, żewġ kantunieri l-bogħod u ma sabx parkeġġ. Schiavone sostna li grazzi għal aġenti tal-PN wara sistema ta’ mocks, il-mistoqsija hija hemm hija viabbli din is-sistema.
Hemm aktar ħwejjeġ li stajna għamilna f’din il-liġi li anke jekk hemm qbil magħha, hemm bżonn li bil-kwiet nitkellmu kif f’nofs leġislatura ħalli naraw kif l-affarijiet isiru kif suppost.
//= $special ?>