Lokali

Eritrean iweġġa’ wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara

Eritrean ta’ 32 sena residenti Birkirkara, sewwieq ta’ mutur, weġġa’ wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq Salvu Psaila, fejn għal xi raġuni seħħ l-impatt bejn il-mutur tat-tip Sym u l-karozza tat-tip Toyota Passo, misjuqa minn żagħżugħa ta’ 27 sena minn Birżebbuġa.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal ukoll tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lill-Eritrean, qabel ma dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.