Għal sena oħra, il-Kulleġġ Maria Reġina qed jorganizza l-attività Collegefest biex ikunu esebiti t-talenti tal-istudenti, bl-opportunità wkoll li dawn jieħdu gost mal-istaff tal-Kulleġġ.
L-edizzjoni ta’ din is-sena, bit-tema Be Positive, qed tittella’ fid-Daħla Prinċipali tal-Isptar Mater Dei.
Il-Prinċipal tal-Kulleġġ Patrick Decelis spjega li ntagħżel dan il-post għax inħass il-bżonn li l-esebizzjoni tittella’ f’post fejn tista’ twassal messaġġ ta’ pożittività lil min ikun għaddej minn xi żmien diffiċli.
L-istudenti li pparteċipaw huma dawk mill-Iskejjel tal-Mosta, in-Naxxar, il-Għargħur, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, li jiffurmaw parti mill-Kulleġġ Maria Reġina.
L-esebizzjoni tibqa’ miftuħa sal-Ħadd, 28 ta’ April, bil-pubbliku hu mistieden jattendi.
//= $special ?>
