Is-Siġġiewi ċċelebra Jum is-Siġġiewi fl-1 ta’ Marzu. Għal din l-okkażjoni l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi organizza attivitajiet mifruxa fuq diversi ġimgħat li laqqgħu lis-Sindku u kunsilliera mas-setturi differenti tal-komunità.
Is-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit spjegat li din is-sena l-Kunsill Lokali organizza attivitajiet ġodda bħala parti minn dan il-programm. Waħda minn dawn l-attivitajiet kienet it-Tberik tal-Annimali u Mixja bil-Klieb.
Is-Sindku qalet li din l-attività ddaħlet fil-programm ta’ Jum is-Siġġiewi sabiex tkattar l-għarfien u l-messaġġ dwar il-ħarsien tal-annimali.
Il-programm ta’ Jum is-Siggiewi jinkludi wkoll is-Serata għall-Għoti tal-Onorifiċenza li din is-sena saret taħt il-Patroċinju tal-President, Marie Louise Coleiro Preca, attivita sportiva b’rikonoxximent ghal John Debattista, żewġ attivitajiet għat-tfal, tnejn oħra għall-anzjani, segway tour għaż-żgħażagħ, train ride b’għarfien kulturali għall-familja kollha u tnedija ta The Annabelle Vassallo Youth Intiative, fost oħrajn.
Dan l-istazzjoni tkellem ukoll mal-Eks Speaker u Eks Ministru Louis Galea li ilu snin jgħix is-Siġġiewi, dwar l-esperjenza tiegħu waqt attivitajiet li attenda.
//= $special ?>
