Għalkemm għall-ewwel kien maħsub li l-mara li nstabet mixħuta fl-art fil-Marsa kienet vittma ta’ vjolenza domestika, l-ewwel investigazzjonijiet stabbilew li dan mhux il-każ.
Filfatt il-Pulizija stabbiliet li l-mara, li hi barranija u nstabet mitlufa minn sensiha u mimlija ġrieħi u demm, weġġgħet wara li kissret xi ħġieġ ta’ bieb ta’ barra ta’ residenza privata.
Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija, għall-ħabta tad-21:00, fi Triq Patri Magri fil-Marsa.
Jirriżulta wkoll li l-mara, fil-mument li wettqet dan il-ġest, kienet taħt l-effett tad-droga imma wkoll issofri minn problemi ta’ saħħa mentali li komplew iwasslu għar-reat tagħha.
Tant hu hekk li wara li ġiet avviċinata minn xi nies li nzertaw fil-post u ppruvaw iwaqqfuha, hi ntelqet f’nofs ta’ triq mimduda sakemm intilfet minn sensiha. Dan wassal biex għal xi mument inħolqot ukoll konġestjoni tat-traffiku fl-inħawi.
//= $special ?>