Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali Karl Gouder u mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri, il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Jimmy Briffa li miet fl-età ta’ 73 sena. Huwa kien infermier, trejdunjonista u Segretarju tat-Taqsima Ħaddiema fl-Isptarijiet tal-UĦM fejn ħadem għal bosta snin f’din it-taqsima. Kien ukoll wieħed mill-membri fundaturi tal-Malta Government Clerical Union.
Jimmy Briffa jibqa’ mfakkar bħala persuna ta’ integrità kbira li kapaċi janalizza l-problemi, jisma’ u wara li jara l-veduti kollha jieħu deċiżjoni b’responsabbiltà fl-aħjar interess tal-ħaddiema. Huwa baqa’ jaħdem sal-aħħar snin u kien iżewwaq il-qasam trejdunjonistiku mal-caring u l-ħtiġijiet tal-pazjenti. Il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi lil martu, uliedu, l-familja u l-qraba kollha.
//= $special ?>

