Inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar f’Raħal Ġdid, fejn ħames vetturi kienu involuti f’ħabta kerha.
Net News hu infurmat li l-persuni li weġġgħu ingħataw l-ewwel għajnuna fil-post.
Mal-ewwel waslu kemm il-Pulizija kif ukoll ambulanza b’tim ta’ paramediċi li assistew lis-sewwieqa feruti.
Għal xi ħin it-triq kellha tingħalaq.

