“Użaw il-vot, għax dan dritt tagħkom. Vot li issa qed jiġi estiż anke għal min għandu 16-il sena. Ftakkru, li intom tistgħu tbiddlu d-dinja, u tagħmlu minn Malta pajjiż aħjar.
Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia lit-tfal preżenti f’seduta parlamentari bħala parti mill-inizjattiva eko skola….fejn sostna li l-Oppożizjoni se tkun qed tisma’ u twettaq il-proposti ta’ dawn l-istudenti.
Il-proposta tal-Kumitat tat-Tfal li ssemmiet is-sena l-oħra baqgħet ma ġietx imwettqa. Għalhekk Adrian Delia appella lill-Gvern biex din il-proposta tkun imwettqa qabel l-elezzjoni ta’ Mejju li gej.
Il-Kap tal-PN appella lil dawn it-tfal biex jieħdu ħsieb in-natura fuq bażi globali, fosthom billi jitnaqqas l-użu ta’ prodotti magħmulin mill-plastik. Affarijiet żgħar li nistgħu naħmlu biex inbiddlu mhux biss lil Malta imma lid-dinja.
Fost temi ohra li issemmew kien hemm il-Vot 16, l-energija rinnovabbli, u l-bżonn li l-bini jsir iktar bil-għaqal.
Fl-istess seduta parlament tkellem il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Edukazzjoni Clyde Puli. Huwa faħħar l-interventi ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ għax kienu interventi magħmula b’ħafna ħsieb.
Clyde Puli tenna l-importanza li l-Partit Nazzjonalista niżżel l-eta ta’ tesserament għal erbatax-il sena. Dan ghaliex il-politika hija għodda essenzjali li trid tintuża b’mod ġust, u għalhekk huwa tajjeb li dawn it-tfal jieħdu interess fiha u jikkritikaw fejn jaraw li hemm bżonn.
Matul is-seduta, li kienet preseduta mill-Ispeaker Anglu Farrugia, saret diskussjoni u tressqu diversi proposti favur l-ambjent u s-saħħa ta’ kull individwu.
//= $special ?>