Lokali Parlament

Adrian Delia jitlob dibattitu urġenti dwar ir-Rapport Greco

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għamel pressjoni biex ir-rapport Greco jiġi diskuss b’urġenza. Huwa kien qed jitkellem dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni tiġi miġġielda bis-serjeta’.  Delia talab, wara li minn naħa tal-Gvern ma kienx hemm qbil biex dan jiġi diskuss l-Erbgħa, biex ta’ l-anqas jiġi diskuss fi żmien ġimgħa.

Huwa qal li dan ir-rapport jiġbor kollox f’daqqa, u li għalhekk gġandna ngħaddu mozzjoni u għandha l-parametri, ta’ dibattitu xieraq, mhux biss fuq dan ir-rappport imma biex ukoll insaħħu d-demokrazija.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab lill-Parlament biex minflok l-Erbgħa, tkompli għaddejja d-diskussjoni dwar il-liġi elettorali li riedet tgħaddi mill-istadji kollha, imma tiġi diskussa materja daqstant importtanti għal pajjiżna.

Il-ħsieb ta’ Adrian Delia kien espress wara li l-Kunsill tal-Ewropa qed jitlob azzjoni immedjata kontra l-korruzzjoni tal-Gvern Soċjalista Malti. Dan joħroġ ċar mir-Rapport Greco li ġie ppubblikat illum.

F’dan ir-rapport, il-Gvern Malti reġa’ falla fejn tidħol il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bl-esperti Ewropej jgħidu li “huwa ċar li mhux issir ġustizzja fid-dawl tad-diversi każi ta’ korruzzjoni li qed jiffaċjaw uffiċjali u persuni f’karigi għolja fil-Gvern”. Kien hemm diversi materji oħra fejn il-Gvern falla mit-test dwar il-Governanza fil-pajjiż.

Intant, il-PN fi stqarrija qal illi l-Oppożizzjoni qed tistenna li issa li l-Gvern aċċetta dak li talab Adrian Delia, mingħajr tkaxkir tas-saqajn għandha tiġi stabbilita ġurnata meta din id-diskussjoni se ssir matul il-ġimgħa d-dieħla. L-Oppożizzjoni qed tistenna wkoll li mhux biss issir id-diskussjoni fil-Parlament iżda li l-Gvern jdaħħal fis-seħħ immedjatement it-22 rakkomandazzjoni li sarulu mir-rapport tal-Greco għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt.