Il-Kunsill tal-Ewropa qed jitlob azzjoni immedjata kontra l-korruzzjoni tal-Gvern Soċjalista Malti. Dan joħroġ ċar mir-Rapport Greco li ġie ppubblikat illum.
F’dan ir-rapport, il-Gvern Malti reġa’ falla fejn tidħol il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, bl-esperti Ewropej jgħidu li “huwa ċar li mhux issir ġustizzja fid-dawl tad-diversi każi ta’ korruzzjoni li qed jiffaċjaw uffiċjali u persuni f’karigi għolja fil-Gvern”.
Konklużjonijiet tar-rapport Greco
- is-sistema tal-Qrati tinsab f’riskju li tispiċċa paralizzata
- ċertu istituzzjonijiet huma kważi bla valur
- nuqqas ta’ strateġija fejn jidħlu standards għall-Ministri u n-nies tal-Gvern
- kritika ħarxa għall-positions of trust li ħoloq il-Gvern preżenti
- kritika għan-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tal-Pulizija quddiem diversi allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni
- bżonn li jinbidel il-mod kif jinbdew investigazzjonijiet kriminali fil-konfront ta’ uffiċjali tal-Gvern
- jirrimarka wkoll li inkjesta TISTA’ tinbeda fuq suspett raġunat, u mhux biss jekk ikun hemm evidenza mal-ewwel
- ħtieġa li fil-Korp tal-Pulizija ikun hemm tmexxija indipendenti u newtrali
- bżonn li terġa’ tinbena l-fiduċja tan-nies fl-istess Korp
- nuqqas ċar ta’ miżuri kontra l-korruzzjoni
- u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni mhux qed jidhru riżultati

L-evalwazzjoni tal-Greco saret bejn l-1 u l-5 ta’ Ottubru li għadda.
Il-Gvern ried iżomm dan ir-rapport mistur, u kien biss wara l-pressjoni mill-PN li ta l-approvazzjoni biex jiġi ppubblikat.
//= $special ?>