Lokali

Fil-Gżira: Numru ta’ persuni evakwati minħabba ħruq

Arkivji

Tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei matul il-lejl, u qed isofru ġrieħi ħfief minħabba ħruq fl-appartament tagħhom fil-Gżira.

L-inċident seħħ f’Rue d’Argent fil-Gżira għall-ħabta tat-3.30am. Kelliem għall-Pulizija qal li żewġt nisa u raġel ittieħdu l-isptar Mater Dei. L-istess kelliem ikkonferma li n-nar qabad hekk kif żviluppat ħsara fil-meter tal-elettriku tal-istess appartament. Aktar tard tul il-jum l-Enemalta fuq Facebook stqarret li n-nar ma ġiex ikkawżat mill-meter tal-elettriku u ċaħdet dawn ir-rapporti.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll ambulanza marru minnufih fuq il-post biex jassisstu lir-residenti tal-appartament kif ukoll biex jintefa’ n-nar.

It-tliet persuni qed isofri ġrieħi ħfief hekk kif jidher li l-persuni belgħu xi duħħan min-nar li żviluppa.