Lokali

RITRATTI: Il-ġurament tal-ħatra ta’ George Vella

Illum għall-ħabta tal-12.15pm, il-President George Vella ħa l-ġurament tal-ħatra tiegħu.

It-tislima lin-nies miġbura fi Pjazza San Ġorġ (Ritratt: Matthew Tabone)

Il-ġurnata tal-ħatra bdiet b’quddiesa fl-10am iċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, u li għaliha attendew bosta mistienda distinti, fosthom l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Mal-ħarġa tiegħu mill-Palazz, il-President ingħata salut Nazzjonali u mbagħad flimkien mas-sinjura Vella, mar fuq il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana sabiex iqiegħed kuruna simbolika.

Mill-Furjana, il-President Vella mar lejn il-Palazz f’San Anton, fejn hemm kellu żjarat ta’ korteżija mill-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Netnews.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornati tul il-ħin.

11:52 Il-Gwardja tal-Unur tasal fi Pjazza San Ġorġ u tħejji ruħha biex tagħti s-Salut Ġenerali

11:42 Il-Gwardja tal-Unur tal-Forzi Armati tinsab fi triqtha lejn Pjazza San Ġorġ f’marċ li beda’ minn quddiem il-bini tal-Parlament ta’ Malta tul Triq ir-Repubblika

11:34 Tkompli l-wasla ta’ aktar mistiedna għaċ-ċerimonja Statali fil-Palazz.

11:24 Hu jidħol fis-Sala tal-Gran Kunsill flimkien ma’ għadd ta’ mistiedna oħra

11:23 Il-President Elett jasal fil-Palazz fi Pjazza San Ġorġ flimkine mal-Ispeaker tal-Kamra

11:15 Minn issa ‘l quddiem tibda’ l-parti Statali ta’ din iċ-ċerimonja

11:13 Filwaqt li l-mistiedna distinti issa jibdew iħallu l-KonKatirdal, il-President Elett u l-familja tiegħu joħorġu mill-Katidral biex jimxu sa Pjazza San Ġorġ

11:09 Tasal fi tmiemha din iċ-ċelebrazzjoni permezz tal-barka tal-Arċisqof u l-Innu Malti

11:02 Tkompli ċ-ċelebrazzjoni fil-konsagrazzjoni tal-Offerti Mqaddsa. Ċelebrazzjoni li fiha qed jgħinu għadd sabiħ ta’ qassisin, u li għaliha qed jattendu reliġjużi oħra minn denominazzjonijiet differenti kif ukoll minn kommunitajiet inter-faith .

10:43 Charles J Scicluna jtemm l-omelija tiegħu fejn fost l-oħrajn qal li
meta nfittxu l-għerf biex nagħrfu s-sewwa u nwettquh, inkunu qegħdin ninvestu fl-aqwa ġid. Il‐prosperità ekonomika ta’ pajjiż titqiegħed fuq sisien sodi daqskemm min immexxiha jfittex l-ewwel li jħaddan l-atteġġjamenti marbuta mal-għerf u s-sewwa. Hekk ukoll ir-reputazzjoni tal-pajjiż: tissaħħaħ u tikber daqskemm l-ewwel valuri li nħaddnu jkunu dawk tal-integrità , tal-ġustizzja u tas-solidarjetà . Aqra’ iktar hawn

10:22 L-Arċisqof jibda l-omelija tiegħu

10:11 Jinqara messaġġ qasir ta’ awgurju mill-Papa Franġisku lill-President Elett George Vella

10:08 Jingħata bidu għaċ-Ċelebrazzjoni fil-KonKatidral ta’ San Ġwann

09:58 Sadanittant waslu ukoll il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni

09:55 Tasal ukoll il-President preżenti Marie Louise Coleiro Preca

09:53 Jasal il-President Elett George Vella fil-KonKatidral ta’ San Ġwann

09:45 Tidher li waslet qrib il-monument tal-Gwerra, il-President Marie Louise Coleiro Preca fi triqtha lejn il-KonKatidral ta’ San Ġwann, filwaqt li deħlin fil-Katidral jidhru diversi mistiedna distinti