Futbol Sport

Mandzukic iġedded il-kuntratt ma’ Juventus sal-2021

Mario Mandzukic ikkonferma li se jibqa’ ma’ Juventus hekk kif iffirma kuntratt ġdid li bih se jibqa’ sa Ġunju tal-2021. Mandzukic ix-xahar id-dieħel jagħlaq 33 sena u ċertament hu wieħed mill-plejers importanti tal-iskwadra mmexxija minn Massimiliano Allegri. Il-Kroat kien ingħaqad ma’ Juventus fl-2015 u sa issa lagħab 159 logħba u skorja 43 gowl.

Fis-sit uffiċjali ta’ Juventus, Mandzukic ġie deskritt bħala plejer ta’ eżempju. Fl-ewwel kummenti tiegħu, l-attakkant qal li hu ta’ unur għalih li jilgħab ma’ Juventus u żied li l-klabb Taljan jieħu ħsieb lill-plejers tiegħu. Hu kompla li se jipprova jrodd il-fiduċja li ngħata billi jagħti l-massimu kull darba li jilbes il-flokk ta’ Juventus.